Futbol Sport

Birkirkara l-ewwel tim fil-finali tal-Final Four

(Ritratt: Nicholas Falzon)

Birkirkara………………………1

Sliema W……………………….0

Sliema W.: E. Agu, N. Frendo, A. Magri Overend, V. Plut (K. Nwoko 101′), M. Beerman, G. Alcino, W. Da Silva (G. Acheampong 61′), M. Bernardo, S. Zibo, S. Pisani, M. Awad (M. Priadun 80′)

Birkirkara: G. Volpe, P. Gaitan (S. Dimech 84′), P. Mbong, K. Reid (Y. Gnamien 88′), T. Papazov (L. Mina 77′), A. Satariano, L. Lacunza, N. Micallef, A, Coppola, D. Makoma, M. Maia

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: J. Spiteri, S. Calleja.

Gowl fl-aħħar ħinijiet tal-ħin barrani ta’ Maxuell Maia poġġa lil Birkirkara fil-finali tal-Final Four ta’ nhar is-Sibt li ġej. Bil-partita tintemm 0-0 sad-90 minuta kellu jkun il-ħin barrani li ddeċieda dan il-konfront.

Kienu ftit l-azzjonijiet perikolużi miż-żewġ naħat matul id-90 minuta. Bil-partita dehret li kienet se tmur għall-għoti tal-penalties, kien freekick ta’ Shaun Dimech li sab lil Maxuell Maia li għola fuq kulħadd u għeleb lil Agu biex b’hekk aċċerta post fil-finali ta’ nhar is-Sibt.