F’erba’ partiti li ntlagħbu matul il-jum tal-Ħadd mill-Premier League fl-Ingilterra spikkat ir-rebħa li kellhom Chelsea f’darhom kontra Liverpool bl-iskor ta’ 3-1. Chelsea fil-vantaġġ wara biss tliet minuti b’gowl ta’ Enzo Fernandez. Awto-gowl ta’ Jarell Quansah għamilhom 2-0 fis-56 minuta. Virgil van Dijk naqqas l-iskor għal Liverpool fil-85 minuta qabel ma’ Cole Palmer permezz ta’ penalty fil-ħin mogħti żejjed aċċerta minn tliet punti għat-tim ta’ Enzo Maresca.
Seba’ gowls kienu skorjat fir-rebħa li Bretford kellhom fuq Manchester United bl-iskor ta’ 4-3. Mason Mount poġġa lil Manchester United fil-vantaġġ wara 14-il minuta. Awto-gowl ta’ Luke Shaw ġab l-iskor indaqs għal Brentford fis-27 minuta. Kevin Schade poġġa lil Brentford fil-vantaġġ fit-33 minuta. L-istess Schade għamilhom 3-1 fis-70 minuta biex erba’ minuti wara kien Yoane Wissa li għamel l-iskor 4-1. Manchester United skorjaw darbtejn fl-aħħar tmien minuti tal-partita, l-ewwel permezz ta’ Alejandro Garnacho mbagħad kien Amad Diallo li għamel l-iskor finali 4-3.
Draw ta’ 1-1 bejn West Ham u Tottenham. Wilson Odobert poġġa lil Tottenham fil-vantaġġ wara kwarta logħob. West Ham ġabu d-draw fit-28 minuta permezz ta’ Jarrod Bowen.
Bl-istess riżultat intemmet il-partita bejn Brighton u Newcastle. L-eks tal-partita Yankuba Minteh poġġa lil Brighton fil-vantaġġ. Newcastle ġabu d-draw tard fil-partita permezz ta’ penalty ta’ Alexander Isak.
//= $special ?>