Il-Prim Ministru ilu mill-elezzjoni tal-MEPs juża l-kunflitt f’Gaza għal skop politiku. L-ewwel attakka lil Bernard Grech u lill-PN. Imbgħad ivvinta fake news fuq Roberta Metsola. Imbgħad għamel u-turn dwar il-budget Ewropew għad-difiża. Iżda meta ġie għat-test veru, lanqas lissen kundanna waħda għall-attakk fuq il-bastiment li kien qed iwassal għajnuna umanitarja lejn Gaza.
Issa, il-kritika interna lejn il-Prim Ministru tant kibret, li anke l-Kummissarju Ewropew Glenn Micallef – l-eks Chief of Staff ta’ Abela – ħareġ pubblikament jikkundanna dan l-attakk fuq il-vapur ‘Conscience’ tal-Freedom Flotilla Coalition.
Il-Kummissarju Malti saħansitra qal li kien attakk fuq għajnuna umanitarja huwa attakk fuq it-tfal Palestinjani.
“Dan huwa ksur tal-liġijiet internazzjonali, b’kuntrast mal-valuri Ewropej li nħaddnu u kontra l-element uman”, stqarr Glenn Micallef.
Iżda minkejja dan kollu, sa dalgħodu, il-Gvern ta’ Abela baqa’ jirrifjuta li jdaħħal dan il-vapur f’pajjiżna.
