Lokali

Iċċelebrata l-festa ta’ San Pubilju

“Il-fidi, t-tama u l-imħabba”.

Kien dan l-appell li qanqal l-Arċisqof ta’ Armagh u l-Primat tal-Irlanda, Martin Eamon meta l-Ħadd filgħodu mexxa l-Pontifikal illi jfakkar l-festa ta’ San Publiju… festa li timmarka l-bidu tal-istaġun tal-festi f’Malta u f’Għawdex.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Eamon saħaq fuq l-importanza tal-fidi u kif għandek tkun ta’ għajnuna u ta’ servizz għall-oħrajn, fejn għamel referenza għall-Papa Franġisku illi sawwar l-valuri ta’ fidi, t-tama u l-imħabba, fost n-nies.

Hu semma’ ukoll dwar kif mijiet ta’ Insara minn madwar id-dinja qed jiġi ppersegwitati għar-raġunijiet ta’ fidi u għalhekk saħaq fuq l-ħtieġa illi l-bniedem jkollu sens ta’ fidi u li jkompli jipprattika r-reliġjon tiegħu.

L-Arċisqof Eamon tkellem ukoll dwar kif bħala persuni reliġjużi għadna bżonn ngħinu l-komunitajiet minoritarji u nkunu ta’ vuċi għalihom, fejn semma’ l-gwerra f’Gaza u kif bħala poplu dan ir-reġjun qed jkompli jsofri l-konsegwenzi ta’ din il-gwerra.

Preżenti għal dan il-Pontifikal kien hemm l-għola awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat mis-Sinjura Anne Marie Grech, kif ukoll deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra.

Aktar tard sar il-marċ tradizzjonali, bil-programm jkompli filgħaxija, u l-purċissjoni mat-toroq tal-lokalità li ġew imżejna b’armar mill-isbaħ għal din l-okkażjoni.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo