Festi Lokali

Il-festa f’ġieħ il-Patrijjarka San Ġużepp fil-paroċċa taż-Żurrieq

II-festa tal-Patrijarka San Ġużepp fiż-Żurrieq qed tkun iċċelebrata l-Ħadd 4 ta’ Mejju 2025. Fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali ssir quddiesa kantata bil-prietka u bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘Cantate Domino’. Wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa u bir-relikwija tal-qaddis bis-sehem tal-ħames fratellanzi tal-parroċċa.

Il-Banda Queen Victoria AD 1865 tagħmel marċ minn Triq il-kbira sa Misraħ ir-Repubblika fejn tesegwixxi programm taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Mauro Farrugia. Malli l-purċissjoni tasal f’Misraħ ir-Repubblika tkun esegwita l-Antifona JOSEPH FILII DAVID kompożizzjoni ta’ Mro. Mauro Farrugia u dlonk warajha jkun esegwit l-INNU LIL SAN ĠUŻEPP, lirika  ta’ Dun Frans Camilleri u mużika tas-Surmast Emmanuel Bugeja.

Jieħdu sehem it-Tenur Charles Vincenti u l-Baritonu Alfred Camilleri. Fi tmiem din il-festa, ġewwa l-Knisja Arċipretali, tingħata l-Barka Sagramentali. Il-fratelli u d-devoti kollha huma mħeġġa jattendu għal dan l-avveniment mill-iktar speċjali.