Ma taqta’ xejn is-saga marbuta mal-bastiment li kien sejjer lejn it-territorju Palestinjan biex iwassal provvisti lin-nies f’Gaza. Dan wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa spiċċa attakkat minn drones.
Il-Gvern ilu jumejn jgħid li dan il-bastiment kien il-barra mill-ibħra territorjali Maltin. Iżda issa, il-media tal-Gvern stess qed tirrapporta li l-vapur – effettivament – kien fit-territorju ta’ pajjiżna.
It-titlu tas-Super One jindika biċ-ċar li l-vapur ‘Conscience’ kien fl-ibħra Maltin. U dan l-artiklu, li ġie ppubblikat is-Sibt, fl-ebda ħin ma ġie emendat sal-Ħadd filgħodu.
Net News talab kjarifika uffiċjali minn naħa tal-Ministru Byron Camilleri kemm permezz ta’ email, kif ukoll permezz ta’ messaġġ fuq Whatsapp – iżda minn naħa tiegħu, sal-Ħadd fit-8:25am kienet għadha ma waslet ebda forma ta’ risposta.
Intant, illum se tkun qed issir protesta quddiem Kastilja sabiex il-Gvern iħalli dan il-bastiment jidħol f’pajjiżna.
//= $special ?>