Internazzjonali

L-Awstralja: Il-Liberali janalizzaw it-telfa elettorali umiljanti

Il-Partit Liberali fl-Oppożizzjoni jeħtieġ isib Kap ġdid wara t-telfa umiljanti li sofra fl-elezzjonijiet federali ta’ tmiem il-ġimgħa….Riżultat li qed jidher bħala l-agħar wieħed fl-istorja għal dan il-partit fl-Oppożizzjoni.

Ir-rebħa ċara għal-Labour Party tal-Prim Ministru Anthony Albanese irriżultat anki f’disfatta personali għal Paul Dutton, il-Kap Liberali, li tilef is-siġġu tiegħu bħala r-Rappreżentant ta’ Dickson…Il-kostitwenza li dejjem eliġġietu għal dawn l-aħħar 24 sena.

Bħalissa, l-Liberali anki qed janalizzaw il-fatturi li kontribwew għall-umiljazzjoni, bil-membri tal-partit jitilbu evalwazzjoni bir-reqqa wara l-falliment tal-‘esperiment Dutton’.

Paul Dutton anki sar l-ewwel Kap tal-Oppożizzjoni federali li tilef is-siġġu fil-Parlament fl-istess ħin tat-telfa elettorali għall-partit tiegħu….Sitwazzjoni li tikkonferma n-nuqqas tiegħu mill-Assemblea wara daqstant żmien.

L-akbar disfatti għall-Partit Liberali kienu fl-ibliet prinċipali tal-Awstralja u meta r-rappreżentanza tal-Liberali naqset drastikament fiz-zoni metropolitani li jinkludu Sydney, Melbourne, Brisbane u Adelaide.