Libjan ta’ 35 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu u kisser xi għamara fid-dar.
L-akkużat tressaq l-Qorti l-Ħadd quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, fejn ġie mixli li weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu, insultaha u faqa’ r-rotti tal-karozza tagħha.
Hu ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ngħata f’Settembru tal-2023.
L-akkużat huwa wkoll reċediv.
Il-mara tal-akkużat rrapurtatu lill-Pulizija wara li kellhom argument, iżda aktar tard qalet li xtaqet tirtira l-akkużi.
Il-Qorti ma laqgħetx din t-talba minħabba n-natura serja tal-akkużi.
Fil-Qorti, l-akkużat wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000, bil-kundizzjoni li jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>