Sport Sport Ieħor

Mauro Anastasi jirbaħ id-Deheb fil-Masters fil-Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling f’Ankara

L-aħħar ġurnata taċ-Champions tal-Mediterranean Bowling rat l-aqwa 8 irġiel u l-aqwa 8 nisa jiġġieldu għat-titlu tal-Masters. L-4 plejers Maltin waslu sal-finali, fejn il-plejers jilgħabu total ta’ 2 logħbiet kontra l-avversarju tagħhom, u żammew lill-kowċ Mark Spiteri okkupat ħafna!

Mauro Anastasi, Nicholas Muscat u Cynthia Frendo Duca kollha rnexxielhom jegħlbu lill-avversarju rispettiv tagħhom biex jgħaddu għas-semifinali, b’Sue Abela sfortunatament titlef 360-349 kontra Claudia Amnella tal-Italja.

Amnella mbagħad iffaċċjat lil Frendo Duca, li rebħet 382-340 biex tmur sal-finali fejn tilfet 436-433 kontra l-Franċiża Celia Jeanne Delafosse. Frendo Duca b’hekk żiedet fidda mad-Deheb tagħha fit-tim, Deheb fid-doubles tan-nisa ma’ Abela u bronż fl-All Events.

Fis-semifinali tal-irġiel, Muscat iffaċċja lil Luis Jesus Briceno minn Spanja u kellu jċedi t-telfa 438-417, biex jispiċċa fit-tielet post u jikseb Midalja tal-Bronż, it-tielet tiegħu minn dawn il-kampjonati wara d-Deheb fit-tim u l-Fidda fid-doubles ma’ Anastasi.

Anastasi ffaċċja Spanjol ieħor, Axel Guimo, u għelbuh b’punteġġ ċar ta ‘466 vs 429, biex għadda għall-finali biex jiffaċċja l-Ispanjol l-ieħor, Briceno. Anastasi għamel prestazzjoni saħansitra aktar impressjonanti biex jirbaħ 474 -422 u jiżgura li dawn il-Kampjonati jkunu tiegħu b’total ta ‘2 midalji tad-Deheb (Masters u Team) u 2 midalji tal-fidda (Singles u doubles maskili).

B’dawn it-8 midalji, Malta spiċċat fil-quċċata tal-klassifika f’din l-edizzjoni tal-Kampjonati u reġgħet tinsab fuq quddiem nett