Kenneth Vella
Fi tmiem il-ġimgħa fil-korsa tal-Marsa kellna laqgħa doppja ta’ tiġrijiet taż-żwiemel, id-dsatax u l-għoxrin laqgħa tas-sena. B’kollox saru dsatax -il tiġrija tat-trott fuq jumejn. Minn dawn spikkaw l-aktar it-tielet semi finali mill-kampjonat ALDB Sette Giugno għal żwiemel tal-klassijiet Premier u Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn intrebħu minn Mulberry, Dats So Cool u Al Capone Stecca.
Fl-ewwel semifinali, Mulberry (Charles Camilleri) kien il-ħin kollu quddiem matul id-distanza ta’ 2140 metru. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment bi tliet tulijiet vantaġġ minn Akela Play (Clint Vassallo), Taiga Woodland (Cherise Farrugia) u Hi D. (Rodney Gatt). Għal Mulberry dan kien l-ewwel suċċess f’Malta f’medja impressjonanti ta’ 1.11.5” li hu wkoll rekord nazzjonali ġdid fuq id-distanza.
Simili kienet it-tieni semifinali mill-istess kompetizzjoni. Il-favorit Dats So Cool (Ludvic Ghigo), frisk mis-suċċess fil-finali tat-Tazza l-Kbira ftit tal-ġimgħat ilu, iddominat tul id-distanza. Dan temm rebbieħ b’tul minn Velvet Gio (Rodney Gatt) u A Good Point (Marco Debono). Giant Design (Nathaniel Barbara) għadda wkoll għall-finali wara li temm fir-raba’ post.
Fit-tielet u l-aħħar semifinali, Al Capone Stecca (Carl Caruana) ħa l-kmand 500 metru mit-tmiem. Dan iż-żiemel Taljan akkwista l-ewwel rebħa tas-sena faċilment b’distakk ta’ żewġ tulijiet minn Kennedy (Noel Baldacchino), John King Boko (Marco Debono) u Condior (Paul Galea).
Ir-riżultati kollha
Il-Ġimgħa
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dencos Miss Caruso (J. Gafa’) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Skogans Lotten (J. Vella) 3. Prediction (J. Farrugia) 4. Calogero RG (J. Agius)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1.
III Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Oyess LJ (R. Gatt) Ħin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Bys Googoo Star (Ch. Camilleri) 3. Just Be Proud (J. Gafa’) 4. Boss Crowns (N. Baldacchino)
IV Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Henzo De Perthuis (R. Gatt) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Fakir Piya (P. Galea) 3. Bonus De Juigne (M. Grech) 4. Influx Du Parc (R. Briffa) 5. Imperial Choice (M. Falzon) 6. Hippolyte De Bois (R. Magro)
VI Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Honneur D’Isques (J. Gafa’) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Envol The Best (N. Baldacchino) 3. Excellintissime (J. Cassar) 4. Enclos (J. Spiteri) 5. Emir Petteviniere (T. Demanuele)
VIII Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Idefix D’Ourville (J. Gafa’) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Gabin Sellois (R. Magro) 3. Hoquey Demarlotte (R. Gatt) 4. Heathrow (Ch. Camilleri) 5. Hipanema Ellis (P. Galea)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Denco’s Ozzo O (R. Gatt) Ħin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Asko Giant (F. Micallef) 3. Mad Princess (D. Baldacchino) 4. Shawn Leejs (D. Debono)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ianthin G.C. (R. Gatt) Ħin – 2.40” (1.14.8”) 2. Llama Tooma (J. Vassallo) 3. Dats Trixi (J.C. Pace) 4. Anneli A.F. (D. Azzopardi)
II Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gringo Marancourt (K. Axisa) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Isseo De Nappes (D. Debono) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Jenna Du Val D’Or (J. Bartolo) 5. Ice Star (P. Galea) 6. Jewel Glory (J. Axisa)
III Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Invite De Star (J. Zahra) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia) 3. Drole De Destin (J. Said) 4. Jaguar Des Caux (J.C. Pace) 5. Firstly Light (P. Galea) 6. Himitri Star (J. Spiteri)
V Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Indien De Bry (R. Gatt) Ħin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Hera De La Vallee (N. Baldacchino) 3. Gwenn Ha Du Crozon (J. Gafa’) 4. Brem Orange (Ch. Cassar) 5. Derby D’Urzy (Ch. Camilleri)
VI Tiġrija. Semi Finali ALDB Tazza Sette Giugno. Klassi Premier-Gold. Dist – 2140m 1. Mulberry (Ch. Camilleri) Ħin – 2.33.1” (1.11.5”) 2. Akela Play (C. Vassallo) 3. Taiga Woodland (Cherise Farrugia) 4. Hi D. (R. Gatt)
VII Tiġrija. Semi Finali ALDB Tazza Sette Giugno. Klassi Premier-Gold. Dist – 2140m 1. Dats So Cool (L. Ghigo) Ħin – 2.34.6” (1.12.3”) 2. Velvet Gio (R. Gatt) 3. A Good Point (M. Debono) 4. Giant Design (N. Barbara)
VIII Tiġrija Semi Finali ALDB Tazza Sette Giugno. Klassi Premier-Gold. Dist – 2140m 1. Al Capone Stecca (C. Caruana) Ħin – 2.34.9” (1.12.4”) 2. Kennedy (N. Baldacchino) 3. John King Boko (M. Debono) 4. Condior (P. Galea)
IX Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Djado (C. Caruana) Ħin – NTR 2. Embleme Castelets (J. Axisa) 3. Cristal Pierji (R. Gatt) 4. Gibus De Navary (M. Borg) 5. Genie Du Pin (J. Carabott)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m 1. Global Barrister (J. Scerri) Ħin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Conungen T.T. (P. Galea) 3. Fighter Newmen (R. Gatt) 4. Vikens Takecool (N. Barbara)
//= $special ?>