Lokali

Poġġaman iċedi waqt li żewġ persuni kienu qed iserrħu miegħu b’riżultat li waqgħu

Ritratt: Martin Agius

Żewġ persuni qed isofru minn xi ġrieħi wara li poġġaman li kienu qed iserrħu magħhom ċeda bihom, b’riżultat li waqgħu minn għoli ta’ tliet filati.

L-inċident seħħ fi Triq il-Lanċa, il-Belt Valletta għall-ħabta tal-4:30 pm.

Minn informazzjoni li wasslet għand Net News jidher li dan l-inċident seħħ biswit stabbiliment tal-ikel.

Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku biex jassistu lill-vittmi. Iktar tard huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.