Illum fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem jixxandar il-25 programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fl-ewwel parti tal-ewwel programm intervista ma’ DAVID FARRUGIA,wieħed mill-ftit plejers tar-Raffa li dan l-aħħar ikkompeta fit-Tournamennt internazzjonali f’Toronto u aktar qabel fil-Kampjonat Dinji fit-Turkija. Fl-ewwel parti wkoll intervista ma’ JOSEPH GRIMA, President u fundatur ta’ Siggiewi Rowing Club li fir-Regatta tal-31 ta’ Marzu għall-ewwel darba rebħu Ta’ b’Erbgħa Kategorija B .
Fit-tieni parti tal-programm flimkien mac-ciklist ETIENNE BONELLO dettalji dwar il-partecipazzjoni tiegħ fl-aktar kompetizzjoni skabruża tal-mountain biking l-Absa Cape Epic li saret fl-Afrika t’Isfel. SPORT EXTRA għandu lil Elisa Battistino bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Bernie Dimech .
//= $special ?>