Nepaliż ta’ 43 sena, residenti l-Imsida ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs tal-Ħadd waranofsinhar fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Mill-ewwel stħarriġ rriżulta li r-raġel kien qiegħad isuq mutur tat-tip Kymco, fejn tilef l-kontroll tal-mutur u ħabat f’arblu.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku, li ha r-raġel l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħad fil-periklu tal-mewt.
B’dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Ian Farrugia, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>