Qrendi…………………..1
Victoria H……………..2
Qrendi: M. Abela, N. Spiteri, A. Carvalho, B. Bray, K. Theuma, R. Spiteri, A. Bonavia (I. Abela 90′), C. Degabriele, B. Sciberras, S. Mina, G. Micallef
Victoria H: A. Parnis, F. Apap, L. Grima, D. Bogdanovic, M. Said, R. Briffa, S. Attard, R. Monteiro (E. Mbong 83′), D. Mercieca (M. Buttigieg 80′), W. De Sousa (D. Farrugia 75′), K. Borg
Referee: George Anthony Attard
Assistenti Referees: S. Baldacchino, I. Oladipupo
It-tim Għawdxi ta’ Victoria Hotspurs li kien qed jiddebutta fil-futbol Malti dan l-istaġun rebaħ il-BOV Amateur Cup u b’hekk wettaq id-double dan l-istaġun meta fil-finali għelbu lil Qrendi bl-iskor ta’ 2-1.
Dan l-istaġun Victoria Hotspurs rebħu n-National Amateur League II u b’hekk kisbu wkoll il-promozzjoni. Minn naħa tagħhom, Qrendi lagħbu fin-National Amateur League I.
Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta kien it-tim imexxi minn Oliver Spiteri li fetaħ l-iskor fit-53 minuta permezz ta’ Shaun Attard. Qrendi rrispondew u għaxar minuti wara ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Ayesller Carvalho. It-tim ta’ Gotthard Conti dam igawdi dan il-vantaġġ hekk kif Wellington De Sousa reġa poġġa lil Victoria Hotspurs 2-1 fil-vantaġġ u b’dan ir-riżultat intemmet il-partita.
Fi tmiem il-partita, il-Viċi President tal-MFA Matthew Paris u rappreżentant tal-BOV preżentaw it-trofew lill-captain ta’ Victoria Hotspurs Daniel Farrugia.
//= $special ?>