In-numru ta’ smart meters li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) hu ta’ 312,569.
Il-Ministru Miriam Dalli qalet ukoll fil-Parlament fi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li l-ismart meters għadhom ma ġewx installati f’siti fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandhiex aċċess, minħabba li jew huma postijiet magħluqin jew inkella saħansitra abbandunati.