Christopher Michael Peters, li jagħmel parti mill-ekwipaġġ tar-Royal Navy Offshore Patrol Vessel HMS Trent, tressaq il-Qorti wara li kkawża ħsarat fil-propjetà tas-Sailor’s Paradise, fil-Belt Valletta, waqt li kien fis-sakra.
Fil-Qorti, irriżulta li kkawża €1,684 f’danni. Peters ġie illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor għall-perjodu ta’ sena wara li ammetta l-akkużi. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas id-danni kollha li kkawża.
Il-Qorti kienet ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak.
L-avukat tal-għajnuna legali Julia Micallef Stafrace assistiet lil Peters. L-ispettur tal-Pulizija Gabriel Micallef mexxa -prosekuzzjoni.