It-tennista Taljan Jannik Sinner se jkun qed jirritorna għall-Open ta’ Ruma wara li ġiet fi tmiemha l-Ħadd f’nofsilejl is-sospensjoni tiegħu ta’ tliet xhur b’rabta’ ma’ każ tad-doping.
Sinner kien aċċetta s-sospensjoni tiegħu wara li laħaq ftehim mal-WADA dwar żewġ testijiet li għamel is-sena li għaddiet. Sinner qal li ġietu tajba li fil-perjodu tas-sospensjoni ma kien hemm l-ebda Grand Slam.
Hu se jkun qed jidħol mit-tieni rawnd fl-Open ta’ Ruma fejn se jkun qed jilgħab jew kontra Mariano Navone jew kontra Federico Cina.
//= $special ?>