It-Tnejn għall-ħabta tad-21:00, numru ta’ pumpieri u timijiet mill-emerġenza ssejħu fiz-zona tal-Għadira wara rapport ta’ nirien f’lukanda. Il-każ seħħ fil-binja tas-Sea Bank, wara li mini-bar ħa n-nar.
Fil-post, apparti CPD u ambulanzi, waslu wkoll uffiċjali tal-Pulizija. Numru ta’ persuni ngħataw assistenza medika, iżda, membri tal-Pulizija kkonfermaw ma’ Net News li ħadd ma wegga’.
//= $special ?>