Futbol Sport

Trent Alexander-Arnold se jħalli lil Liverpool fi tmiem l-istaġun bl-indikazzjonijiet juru li se jissieħeb ma’ Real Madrid

(Ritratt: EPA)

Trent Alexander-Arnold ħabbar li se jħalli lil Liverpool fi tmiem l-istaġun bl-indikazzjonijiet juru li se jkun qed jissieħeb ma’ Real Madrid, fi Spanja.

Il-kuntratt ta’ Alexander-Arnold jintemm fi tmiem l-istaġun bid-difensur ta’ 26 sena jagħżel li ma jestendix il-kuntratt tiegħu. Trent Alexnader-Arnold kiber u trawwem fl-akkademja ma’ Liverpool u għen lil Liverpool jirbħu bosta unuri fosthom għenu jiksbu l-20 kampjonat dan l-istaġun.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Alexander-Arnold qal li għalih wasal iż-żmien li jagħmel bidla u qal li jixtieq li dan il-pass ma jtellifx miċ-ċelebrazzjonijiet li Liverpool se jkunu qegħdin jagħmlu fi tmiem l-istaġun.

Ma’ Liverpool, Trent Alexnader-Arnold rebaħ darbtejn il-Premier League, darba ċ-Champions League, l-FA Cup, darbtejn il-League Cup, il-FIFA Club World Cup u l-UEFA Super Cup.

Rapporti fil-midja nternazzjonali qed jgħidu li Trent Alexander-Arnold se jkun qed jissieħeb ma’ Real Madrid hekk kif jidher li diġà hemm ftehim verbali bejn iż-żewġ naħat.