Lokali

Żieda fil-vetturi liċenzjati f’Malta: Medja ta’ 19 kuljum

Matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2025, Malta rat żieda ta’ 1,744 vettura liċenzjata fuq it-toroq, li tfisser medja ta’ 19-il vettura kuljum. Dan huwa d-doppju tal-medja li kienet irreġistrata fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), sal-aħħar ta’ Marzu, l-istokk totali ta’ vetturi liċenzjati laħaq 447,455. Minn dawn, 74.0% kienu karozzi tal-passiġġieri, 14.3% vetturi kummerċjali u agrikoli, u 11.1% kienu muturi, E-bikes, scooters elettriċi u vetturi żgħar oħra. Inqas minn 1% kienu xarabanks u minibuses.

F’dan il-perjodu ġew liċenzjati 4,924 vettura ġdida, b’madwar 63% minnhom karozzi tal-passiġġieri u 20% muturi u E-bikes. Nofs dawn il-vetturi kienu ġodda b’medja ta’ vetturi liċenzjati kuljum kienet ta’ 55.

Fl-istess waqt, 6,709 vettura tneħħew mit-triq b’restrizzjonijiet – 44% minnhom ġew impoġġija fil-garaxx, 32% nbiegħu u 23% ġew skrapjati.

F’termini ta’ enerġija, aktar minn nofs il-vetturi (58.1%) jaħdmu bil-petrol, u 34.9% bid-diesel. Il-vetturi elettriċi u plug-in hybrids issa jammontaw għal 4.1% tal-istokk, b’żidiet sinifikanti reġistrati f’dan is-settur meta mqabbel mal-kwartier ta’ qabel.