Kollox jinsab lest sabiex il-Kardinali kollha, total ta’ 133, jibdew bil-proċess sabiex jeleġġu Papa ġdid – dik il-persuna li se tkun il-Kap tal-Knisja Kattolika.

Fil-Kappella Sistina u madwar il-Bażilika ta’ San Pietru għaddejjin l-aħħar preparamenti sabiex jaċċertaw sigurtà massima f’dan il-proċess sigriet li jwassal għall-elezzjoni ta’ Papa ġdid. Infatti matul il-konklavi l-Kardinali jkunu msakkrin fil-Kappella Sistina bit-twieqi ikunu mblukkati sabiex ħadd minn barra ma jara dan il-proċess.
Apparti minn hekk, fil-Kappella diġa’ saru numru ta’ tfittxijiet sabiex jaċċertaw li m’hemmx kameras u microphones moħbija; u ġew imblukkati in-networks tal-mobiles. Dawn il-passi kollha jittieħdu sabiex l-ebda informazzjoni ma toħroġ mill-Kappella.




Matul il-Konklavi, malli l-Kardinali jivvutaw, il-vot tagħhom jinħaraq. Imbagħad l-attenzjoni iddur fuq iċ-ċumnija għad-daħna li se tindika jekk intagħżilx il-Papa l-ġdid.
Dan id-duħħan huma mument mill-aktar sinifikanti għaliex ikun qed jintbagħat messaġġ ċar dwar ir-riżultat tal-elezzjoni. Mument li jkunu qed jarawh miljuni ta’ persuni madwar id-dinja kollha.
Ritratti: Vatican News
//= $special ?>