Futbol Sport

FILMAT | Henry Bonello u Maxuell Maia l-akbar protagonisti ta’ Ħamrun Spartans u Birkirkara fis-semi-finali tal-Final Four

Henry Bonello protagonista ta' Ħamrun Spartans kontra Floriana (ritratt ta' Joseph Galea)
(Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun Spartans se jkunu qed jilgħabu l-finali tal-Final Four għar-rebħ tal-Malta Premier fit-tmiem tal-istaġun 2024/25. Iċ-champions tal-futbol Malti għal dawn l-aħħar żewġ staġuni konsekuttivi, irnexxilhom jgħaddu għall-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Birkirkara, meta fit-tieni semi-finali tal-Final Four huma għelbu lil Floriana wara l-għoti tal-penalties.

Taqbel jew le ma’ dan il-format tal-Kampjonat, hu fatt li ż-żewġ partiti mis-semi-finali tal-Final Four offrew emozzjonijiet kbar.

Il-protagonista fl-għoti tal-penalties bejn Floriana u Ħamrun Spartans, kien Henry Bonello, gowlkiper tat-tim nazzjonali Malti u ta’ Ħamrun Spartans, li salva tnejn mill-penalties mogħtija mill-greens.

Il-penalties li fallew Floriana, wara li kienu salvati minn Bonello kienu ta’ Elvis Mashike u Gamarra.

Permezz ta’ dan il-filmat qasir wieħed jista’ ż-żewġ penalties li salva Bonello u l-aħħar penalty deċiżiv ta’ Ħamrun Spartans, mogħti minn Raphael Lopes, li permezz tiegħu l-Ħamruniżi aċċertaw minn post fil-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Filmati tal-aqwa mumenti mis-semi-finali tal-Final Four tal-Malta Premier li ntlagħbet il-bieraħ bejn Floriana u Ħamrun Spartans

Fis-semi-finali tal-Final Four tal-Malta Premier, Maxuell Maia u Henry Bonello kienu l-akbar protagonist ta’ Birkirkara u Ħamrun Spartans rispettivament
Fis-semi-finali tal-Final Four tal-Malta Premier, Maxuell Maia u Henry Bonello kienu l-akbar protagonist ta’ Birkirkara u Ħamrun Spartans rispettivament.

Intant nhar il-Ħadd li għadda, fl-ewwel semi-finali tal-Final Four tal-Malta Premier, kelna tmiem aktar drammatiku minn dak li rajna bejn Floriana u Ħamrun Spartans, meta l-partita bejn Sliema Wanderers u Birkirkara ntemmet b’gowl deċiżiv skorjat fil-122 minuta, eżatt qabel il-logħba kienet se tmur għall-għoti tal-penalties. Il-gowl deċiżiv kien skorjat minn Maxuel Maia, minn free-kick mogħti minn Shaun Dimech.

Filmat tal-gowl deċiżiv skorjat minn Maxuel Maia għal Birkirkara fil-122 minuta, u li poġġa lill-Istripes fil-finali għar-rebħ tal-Malta Premier