Il-goalkeeper Internazzjonali Malti ta’ Ħamrun Spartans Henry Bonello ngħata l-unur tal-aqwa plejer tax-xahar għal April qabel is-semi finali tal-final four kontra Floriana t-Tnejn filgħaxija. Wara li ngħata dan l-unur, Bonello kien strumentali fir-rebħa tal-Ispartans kontra Floriana spejalment fil-prestazzjoni tiegħu waqt l-għoti tal-penalties.
F’ħames partiti li lagħab f’ April huwa żamm erba’ clean sheets, kontra Birkirkara, Mosta, Floriana u Marsaxlokk.
Huwa kien imsemmi ukoll fit-tim tal-ġimgħa f’żewġ ġimgħat differenti f’April.
Dan l-unur huwa mogħti minn LifeStar Insurance.
