Lokali Parlament

Il-Gvern mhuwiex impenjat bil-fatti għal żvilupp sostenibbli

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna fil-parlament li Il-gvern mhuwiex impenjat bil-fatti għal żvilupp sostenibbli.

Fid-dibattitu parlamentari dwar ir-Rapport għal Żvilupp Sostenibbli Bernard Grech qal li l-gvern ma żammx kelmtu dwar l-ambjent u m’għamlux prjorità. Minflok dan, il-gvern bil-fatti u d-deċiżjonijiet, ħa ħafna deċiżjonijiet ħżiena u oħrajn tajbin.

Hawn min jara l-iżvilupp sostenibbli bħala piż. Il-bniedem għandu bżonn jiżviluppa hu u dak kollu li hu jrid imexxi ‘l quddiem; ma jistax jistaġna jew jgħix fi presepju. Mal-kelma żvilupp hemm ukoll il-kelma sostenibbli. Għalhekk il-gvern għandu jassigura li l-iżvilup ikun mabrut mal-obbligu li l-pajjiż jibża’ għal dak li jippermettilu jibqa’ jgħix ħajja b’saħħitha.

Bernard Grech qal li l-gvern għandu l-obbligu li dak li jagħmlu, jkejlu mill-impatt tiegħu u sostna li inutli l-gvern jippreżenta 1,000 pjan jekk l-istes sgvern ma jwettaqx dak li jwiegħed. Hu tratta l-ispazji miftuħa u qal li hu kontradittorju li art tal-gvern fil-Mellieħa li flok ingħatat għal proġett ta’ spazju miftuħa, ingħatat lill-privat u inbniet.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma’ l-offerta tal-inċineratur u qal li dan kien fjask b’kalkoli ħżiena tant li snin wara, l-istess gvern għadu fejn beda. Hu semma’ l-grants tal-karozzi elettriċi u qal li minkejja kollox, il-gvern naqqashom.

Bernard Grech kompla li l-ERA hi eżempju fejn iktar kin-nofs tal-multi li ħarġet inħarġu fuq il-gvern stess; li hi l-iktar entità li kisret il-liġijiet ambjentali.

Hu sostna li l-gvern tellef fil-fondi Ewropej li bihom setgħet inxtrat flotta ta’ karozzi tal-linja li jaħdmu bl-ettriku. Il-fondi kienu lesti biex il-gvern joħodhom iżda minħabba inkompetenza u nuqqas ta’ direzzjoni, dawn intilfu. Dan hu gvern li mhux veru għandu għal qalbu l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż.

Hu semma’ l-vapur ta’ Għawdex Nicolaus li mhuwiex ta’ livell u kwalità u ma jixraqx lill-poplu Malti u Għawdxi. Dan kuntrarjament għall-investiment li għamel Gvern Nazzjonalista fi tliet vapuri ġodda.

Bernard Grech qal li fil-każ tan-Nicolaus in-nies qed jitħallew fil-akrozzi waqt il-vjaġġi għaliex m’hemmx faċilitajiet ta’ liftijiet biex jitigħu n-nies mill-post fejn jipparkjaw il-karozzi. Il-PN ippropona li jsiru r-raba’ u l-ħames vapuri b’fondi Ewropej, sostna Bernard Grech, li qal li l-gvern mhuwiex interessat fis-sostenibbiltà.

Il-Kap tal-PN kompla li l-gvern moħħu biss fir-riklami u mhux li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Project Green iktar nefaq flus fir-riklamar milli biex jinżergħu s-siġar, sostna Bernard Grech, li kompla li l-gvern ma jemminx fl-iżvilupp sostenibbli.

Dwar il-carrying capcity, Bernard Gerch qal li l-PN ilu jinsisti għal dan l-istduju fuq ċertu lokalitajiet. Il-PN ippreżenta wkoll liġi biex id-dritt għall-ambjent ikun dritt kostituzzjonali iżda l-gvern ma jemminx f’dawn l-aspetti. Il-PN qed jipproponi wkoll proposti kontra l-ħela tal-ikel iżda l-gvern m’aċċettatx il-proposta tal-PN.

Bernard Grech kompla li l-iżvilupp sostenibbli jibda mill-bniedem iżda l-gvern għandu ferm iktar responsabbiltà li jgħaddu l-liġijiet biex il-pajjiż ikollu s-sotenibbiltà.

Il-Kpa tal-PN kompla li l-pajjiż għandu jħaddan it-teknoloġija u l-innovazzjoni li tipprovdi opportunitajiet għall-industirji biex jiinvestu b’inqas impatt ambjentali; il-gvern qed jagħmel ftit li xejn. Il-PN jemmen f’investiment qawwi f’dan is-settur.

Bernard Grech kompla li l-AI hi opportunità kbira u sostna li mhux aċċettabbli li jkun hemm liġijiet għaż-żgħir iżda għall-ħbieb tal-gvern ma josservax il-liġi. Min qed jimxi mal-liġi qed ikun żvantaġġjat, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li Gvern Nazzjonalista jimplimenta politika ta’ ebda ħela b’inizjattivi sostenibbli.

Il-Kap tal-PN sostna li żvilupp sostenibbli jrid jibża’ għal dak li hu ta’ ġid għall-bniedem u qal li l-governaza tajba trid tinkludi liġi dwar ġid mhuwiex spjegat għaliex il-korruzzjoni qed titgħatta għaliex il-gvern ma jridx jgħaddi din il-liġi. Il-gvern għadu qed jarmi d-drenaġġ fil-baħar, sostna Bernard Grech, li insista fuq governanza tajba.