Il-Kunsill Lokali tal-Floriana ħabbar ir-rebbieħa tas-sittax-il edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Loghob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat.
Dawn kienu:
- Kategorija A – l-aħjar Mekkanizzmu ntrebaħ mill-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar
- Kategorija B – l-aħjar Prodotti ntrebaħ mill-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM, Banda Żejtun
- Kategorija Ċ – l-aħjar Esibizzjoni Oriġinali ntrebħet mill-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM, Banda Żejtun
Il-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM, Banda Zejtun rebħet żewg kategoriji, u awtomatikament ġiet dikjarata r-rebbieħa tal-Festival.
Il-ġurija kienet magħmula minn 3 esperti fil-piroteknika, 2 barranin u Malti, filwaqt li ċ-Chairperson tal-ġurija kien Stanley Azzopardi, Membru fl-Għaqda Piroteknika Maltija.
Għall-ewwel darba wkoll, ingħata l-iSportsmanship Award, għal dik il-Kamra tan-Nar li f’dan l-ambjent kompetittiv uriet l-iktar spirtu ta’ kollaborazzjoni u fraternita mal-kompetituri l-oħra. Dan ingħata wkoll lill-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM, Banda Zejtun.
Is-Sindku tal-Floriana, Nigel Holland,ippreżenta l-premijiet lir-rebbieħa.
Dan il-Festival huwa organizzat mill-Kunsill Lokali Floriana bl-għajnuna loġistika tal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu.
//= $special ?>