Futbol Sport

Illum jibdew jintlagħbu t-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Guiseppe Meazza fid-9.00pm, Inter jilqgħu lil Barcelona fit-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League. Kollox għadu miftuħ f’dan il-konfront hekk kif fl-ewwel leg fi Spanja l-partita ntemmet fi draw ta’ 3-3.

Għada mbagħad, f’Parc des Princes, PSG jilqgħu lil Arsenal. It-tim mill-kapitali ta’ Franza għandu vantaġġ ta’ 1-0 mill-ewwel leg bil-gowl kruċjali jkun skorjat minn Ousmane Dembele.