Futbol Sport

Inter l-ewwel tim fil-finali wara li għelbu lil Barcelona f’partita klassika f’San Siro

Ritratt: EPA

Wara l-ewwel leg, partita oħra klassika bejn Inter u Barcelona f’ SanSiro li ntemmet bl-iskor ta’ 4-3, biex Inter saru l-ewwel finalisti tal-UEFA Champions League. Kienu Inter li fetħu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima meta fil-21 minuta minn kontra attakk veloċi kien Dumfries li sab lil Lautaro Martinez li mill-viċin ma żbalajx għal 1-0. Huma rdoppjaw qabel tmiem l-ewwel taqsima meta ir-referee assenja penalty għal Inter, mill-ħdax-il metru Hakan Calhanoglu ma żbaljax għal 2-0. Fit-tieni taqsima storja differenti, Barcelona jnaqqsu d-distakk fl-54 minuta b’xutt mill-isbaħ tad-difensur Eric Garcia. Sitt minuti wara l-iSpanjoli kisbu d-draw b’gowl ta’ Dani Olmo.

Fit-88 minuta, Barcelona skorjaw dak li kellu jkun il-gowl li jpoġġihom fil-finali permezz ta’ Raphinha, iżda Acerbi kellu ħsieb ieħor hekk kif skorja il-gowlt ta’ 3-3, bil-partita tmur għal ħin barrani. Fil-ħin barrani, fid-99 minuta Inter skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta’ Frattesi għal skor finali ta’ 4-3.