Raġel ta’ 53 sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li importa d-droga kannabis u kokaina meta għadda biha mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Carlos Manuel Simoes De Oliveira, ta’ nazzjonalità Portugiż, tressaq il-Qorti wara li l-Pulizija rrappurtaw li fil-bagalji tiegħu sabet €100,000 f’ħaxixa tal-kannabis u €150,000 f’kokaina.
Huwa kien arrestat fl-ajruport is-Sibt meta wasal minn Seville.
Il-Qorti ppresediet il-Maġistrat Lara Lanfranco.
L-avukat tal-AĠ Nadia Ciappara mexxiet il-prosekuzzjoni flimkien mal-Ispettur tal-Pulizija Jonathan Pace.
//= $special ?>