Internazzjonali

L-ajruporti kollha f’Moska kellhom jagħlqu wara attakk bid-drones mill-Ukrajna

Investigators examine a damaged skyscraper in the "Moscow City" business district after a reported drone attack in Moscow, Russia, early Sunday, July 30, 2023. (AP Photo)

Skont ir-Russja, l-Ukrajna attakkat lil Moska għat-tieni lejl konsekuttiv permezz tad-drones, u b’hekk l-ajruporti kollha ta’ Moska kellhom jagħlqu għal diversi sigħat għal raġunijiet ta’ sigurtà.

Is-Sindku ta’ Moska, Sergei Sobyanin, qal li tal-inqas 19-il drone Ukren kienu meqruda qabel ma waslu fil-belt, u minkejja li waqa’ xi debris ħadd ma weġġa’.

Min-naħa tagħha l-Urajna għadha ma kkummentatx dwar dawn l-attakki però, is-Sindku ta’ Karkhiv qal li r-Russja wkoll wetqet xi attakki fuq Kharkiv u fuq Kyiv matul illejl. Bil-Gvernatur tar-reġjun ta’ Odesa, Oleh Kiper, jgħid li persuna tilfet ħajjitha f’dawn l-attakki.