Lokali Mużika

Miriana Conte bl-ewwel dress rehearsal fuq il-palk tal-Eurovision

Illum, il-kantanta Maltija Miriana Conte se tkun qed titla’ fuq il-palk ta’ Basel biex tagħmel l-ewwel prova tagħha.

Fil-fatt, Miriana Conte se jkollha l-ewwel dress rehearsal tal-kanzunetta “Serving” propju dalgħodu.

Din il-kanzunetta kellha tiġi adattata xi ftit wara li l-kelma ‘kant’ ġie ċċensurata mill-EBU. U allura, il-lirika issa qed tasal biss sa ‘serving’ – bl-elementi kollha li kienu hemm oriġinarjament inżammu kif kienu meta Miriana Conte rebħet il-festival f’pajjiżna.

Miriana Conte se tkun qed tkanta fit-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest, fil-15 ta’ Mejju.