Lokali Qorti

Mixli li stupra lis-sieħba tiegħu

Ritratt mill-Arkivji

Raġel ta’ 30 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li wieġeb mhux ħati li stupra lis-sieħba tiegħu ta’ dak iż-żmien fl-2022. Iċ-ċittadin Marokkin, li joqgħod l-Imsida, ġie akkużat li stupra lill-eks sieħba tiegħu waqt li kienet rieqda u li wettaq atti sesswali mhux kunsenswali.

Il-koppja nfirdu f’Ottubru tal-2024 u l-mara ressqet rapport f’Marzu wara li sar ukoll rapport mir-raġel.
L-avukat difensur Alessandro Farrugia talab għall-ħelsien mill-arrest. Ir-raġel ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €3,500 u garanzija personali ta’ €8,500. Huwa kien ordnat jiffirma l-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Il-Qorti ppresediet il-Maġistrat Lara Lanfranco.

L-avukat tal-AĠ Cynthia Tomasuolo mexxiet il-prosekuzzjoni assistita mill-Ispettur tal-Pulizija Christian Cauchi. L-avukat Kris Busietta assista wkoll lill-akkużat.