Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “In-nar tal-ajru huwa sinjal sabiħ li se jkun hemm festa” – Servolo Delicata

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Servolo Delicata. Mal-profil se nkunu qed nitħadtu dwar it-tfulija tiegħu f’Birkirkara u kif nibtet l-imħabba lejn in-nar pirotekniku u x-xjenza.

Il-profil se jkun qiegħed jidħol fid-dettall dwar il-mod kif jinħadem in-nar, l-importanza tas-sigurtà u kif ukoll l-isfidi kurrenti li din it-tradizzjoni qed issib.

PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.