Lokali

Rappurtat traffiku kbir fl-inħawi ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan

Bosta nies li tkellmu ma’ din il-Kamra tal-Aħbarijiet qalulna li hemm konġestjoni kbira tat-traffiku fl-inħawi ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan.

Persuni li tkellmu magħna qalulna li damu mwaħħlin fit-traffiku għal saħansitra madwar 45 minuta fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.

Għaldaqstant jidher li t-traffiku seta’ ġie kkawżat hekk kif qed isiru xi xogħolijiet fi Triq Ċensu Tabone Tas-Sliema – xogħolijiet li se jdumu għaddejjin sas-16 ta’ Mejju.