Bosta nies li tkellmu ma’ din il-Kamra tal-Aħbarijiet qalulna li hemm konġestjoni kbira tat-traffiku fl-inħawi ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan.
Persuni li tkellmu magħna qalulna li damu mwaħħlin fit-traffiku għal saħansitra madwar 45 minuta fi Triq Ġorġ Borg Olivier, f’San Ġiljan.
Għaldaqstant jidher li t-traffiku seta’ ġie kkawżat hekk kif qed isiru xi xogħlijiet fi Triq Ċensu Tabone f’San Ġiljan – xogħlijiet li se jdumu għaddejjin sas-16 ta’ Mejju.
//= $special ?>

