Lokali

Sitt attivisti Torok jirritornaw pajjiżhom

Is-sitt passiġġieri li kienu abbord il-bastiment ‘Conscience’, irritornaw lura pajjiżhom it-Tnejn bil-lejl permezz ta’ titjira.

Dan is-sitt attivisti – li huma Torok – ma kinux jagħmlu parti mill-ekwipaġġ ta’ dan il-bastiment.

Jirriżulta li huma kienu kollha fi stat ta’ saħħa tajba. U ngħataw l-għajnuna mill-Ambaxxata Torka f’pajjiżna sakemm qabdu t-titjira mill-Ajruport.