Floriana Young Stars temmew l-impenji tagħhom fil-kampjonat meta għelbu 5-2 lil White Hart fil-Kumpless tal-hockey f’Kordin. B’hekk Floriana Young Stars temmew fit-tielet post tal-klassifika b’seba’ punti. Fl-istess waqt huma ċedew it-titlu ta’ champions lil Qormi Daikin li rebħu l-kampjonat ta’ din is-sena.
Għal Floriana, Justin Farrugia skorja darbtejn filwaqt li Clive Williams, Mark Camilleri u Karl Chircop skorjaw gowl kull wieħed. Tamas Kok skorja ż-żewġ gowls ta’ White Hart.
Umpires tal-partita kienu Keith Calleja u Alessandro Amore.
B’hekk fil-klassifika finali, iċ-champions Qormi Daikin temmew b’16-il punt segwiti minn GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bi 11-il punt, Floriana Young Stars 7 punti u White Hart mingħajr l-ebda punt.
Luke Bajada ta’ Qormi Daikin temm bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 23 gowl segwit minn Christ Agius ta’ GREE Żurrieq Wolves Hotsticks b’14-il gowl u Kyle Micallef ta’ Qormi Daikin bi 12-il gowl.
Intlagħbu wkoll żewġ partiti mill-ewwel round tal-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena meta Floriana Young Stars għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 10-2 filwaqt li Marsaskala kisbu rebħa ta’ 8-4 kontra Qormi Daikin.
//= $special ?>