Il-Ħamis filgħaxija jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-UEFA Europa League u UEFA Conference League.
Erba’ partiti li se jiddeterminaw min se jkun fil-finali ta’ dawn il-kompetizzjonijiet prestiġjużi, bil-possibiltà kbira li naraw tlett timijiet Ingliżi jikkwalifikaw għall-finali.
Fl-Europa League, kollox jindika li tkun finali bejn żewġ timijiet Ingliżi. Tottenham Hotspur rebħu l-ewwel leg kontra Bodoe/Glimt bl-iskor ta’ 3-1 fit-Tottenham Hotspur Stadium, filwaqt li Manchester United rebħu 3-0 barra minn darhom kontra Athletic Club.
Minkejja l-istaġun diżappuntanti li qed ikollhom dawn iż-żewġ timijiet, din il-finali tista’ tkun opportunità għal wieħed minn dawn it-timijiet li s-sena dieħla jilagħbu fil-UEFA Champions League. Bħalissa Spurs jokkupaw is-16-il post fil-klassifika tal-Premier League, bir-Red Devils ikunu biss post fuqhom fil-15-il post.
Intant, fil-Conference League Chelsea jinsabu sieq waħda ġewwa fil-finali hekk kif għelbu lil Djurgaarden 4-1 fl-ewwel leg barra minn darhom.
Għal Chelsea din se tkun il-ħames finali Ewropea li waslu fl-aħħar għaxar snin. Fl-2019 waslu fil-finali tal-UEFA Europa League, fejn għelbu lil Arsenal 4-1. Fl-2021 waslu fil-finali tal-UEFA Champions League, fejn hemm, eventwalment, għelbu lil Manchester City 1-0. Fl-istess sena huma rebħu l-finali tal-UEFA Super Cup u tal-FIFA Club World Cup, biex b’hekk, jekk Chelsea jgħaddu għada, jaslu fil-ħames finali Ewropea fl-aħħar għaxar snin.
Is-semifinali l-oħra hija forsi l-iżjed waħda li għadha miftuħa bejn Fiorentina u Real Betis, bit-tim Spanjol joħroġ rebbieħ fl-ewwel leg f’darhom bl-iskor ta’ 2-1.
//= $special ?>