L-Indja nediet attakk bil-missili fuq territorju kkontrollat fil-Pakistan, b’uffiċjal tal-pulizija stqarr li l-attakk wassal sabiex mill-inqas 26 persuna sfaw maqtula u 46 midruba. Evidentament jidher li l-attakki laqtu mill-inqas żewġ siti li qabel kienu marbuta ma’ gruppi militanti pprojbiti.
Wara bosta snin ta’ ostalità bejn dawn iż-żewġ ġirien armati b’armi nukleari fit-22 ta’ April, militanti Pakistani qatlu 26 Indjan, waqt li ħallew għexieren ta’ nies bi ġrieħi gravi. L-attakki li saru bejn illejl tat-Tlieta u l-Erbgħa mill-Indjani kienu bħala risposta għall-qtil brutali li seħħ f’Kashmir f’April.
L-Indja u l-Pakistan iġġieldu diversi gwerer u kunflitti minn mindu kisbu l-Indipendenza mill-Gran Brittanja fl-1947, primarjmanet minħabba tilwin territorjali dwar il-Kashmir. Hekk kif iż-żewġ pajjiżi qed isostnu li r-reġjun tal-Himalayan huwa tagħhom, iżda fir-realtà t-tnejn li huma jikkontrollaw sezzjonijiet differenti ta’ dan it-territorju.
Kelliem militari Pakistani qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters li ħames ajruplani Indjani twaqqgħu però dan għadu mhux verifikat. Madankollu, erba’ sorsi tal-gvern lokali fil-Kashmir Indjan stqarru li kienu tliet ajruplani tal-ġlied li ġġarrfu f’zoni separati tar-reġjun matul illejl.
Il-Ministru tal-Informazzjoni tal-Pakistan stqarr li pajjiżu ser jagħmel dak kollu li jista’ sabiex jiddefendi t-territorju tiegħu.
//= $special ?>