Ħamrun Futsal NCMB rebħu l-Enemed Challenger Cup wara li fil-finali miftuħa għal kull riżultat, għelbu lil Marsaskala Legends Futsal 2-1.
Ħamrun Futsal, fl-ewwel sena tagħhom jikkompetu fil-futsal lokali, skorjaw gowl f’kull taqsima b’Marsaskala li naqqsu l-iskor minuta minn tmiem il-konfront.
Kien Collin Sammut li poġġa lill-Ħamrun fil-vantaġġ sabiex fit-tieni taqsima irdoppja Sebastian David Jimenez 2-0.
Minuta minn tmiem il-partita , Dale Valletta skorja l-gowl ta’ Marsaskala.
Fi tmiem il-finali, il-President tal-Futsal Malta Association Mark Borg ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Ħamrun Gia Nikvashvili.
Referees kienu Andrea Naudi, Danilo Francalanza u Pierre Bonnici.
Timekeeper kien Ray Tabone.
//= $special ?>