Internazzjonali

Il-KONKLAVI FIS-SISTINA: Ebda qbil wara l-ewwel vot

L-ewwel vot tal-Konklavi li beda fil-Kappella Sistina l-Erbgħa 7 ta’ Mejju sabiex jagħżlu Papa ġdid, ma wassal għall-ebda qbil.

Dan hekk kif 133 kardinal minn madwar id-dinja daħlu f’din il-Kappella, sabiex jivvutaw għall-Kap il-ġdid tal-Knisja Kattolika… vot li jsir b’mod siġriet.

Għaldaqstant, peress li ma nltaħaqx qbil, ħareġ id-duħħan l-iswed, illi jikkonferma li l-Knisja Kattolika għadha mingħajr Papa.

B’hekk, il-Konklavi se jkompli l-Ħamis, bil-voti jkunu erbgħa kuljum sakemm jintgħażel Papa.