L-MHRA qed tappella b’saħħa għal azzjoni urġenti u koordinata sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tad-droga – li kull ma jmur qiegħda dejjem tgħolli rasha. Dan b’riperkussjonijiet kbar fuq is-soċjetà tagħna u fuq l-ekonomija inġenerali.
L-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil-lukandiera u r-ristoranti qalet fi stqarrija li din hija t-tieni darba f’temp ta’ sena li qed twassal dan l-appell qawwi fuq is-sitwazzjoni tad-droga f’Malta. Tant illi issa qed titfa’ dawl fuq il-fatt li din l-immaġini ta’ pajjiżna ttappan ir-reputazzjoni tagħna bħala destinazzjoni globali.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra appella għal attitudni ta’ tolleranza-zero.
Intqal ukoll li din it-tema tqajmet fl-MCESD fost l-imsieħba soċjali. U ssemma’ kif hemm bżonn infurzar aħjar u investiment f’kampanji edukattivi.
“Irridu naħdmu magħqudin quddiem din l-isfida”, sostna Tony Zahra “u ma nistgħux ninnormalizzaw l-abbuż tad-droga fis-soċjetà tagħna”.
//= $special ?>