L-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari tiegħu nefqu s-sena li għaddiet fi flus f’reklamar is-somma totali ta’ €349,097.1.
Għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia jirriżulta li l-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet tiegħu nefqu €175,654.8 f’reklami fuq it-TV u €61,585.6; total ta’ kważi kwart ta’ miljun – €237,240.4 b’kollox.
Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza u l-entitajiet tiegħu nefqu f’reklamar total ta’ €87,449.5 fuq it-TV u €24,407.2 fuq ir-radju – total ta’ €111,856.7.
Il-Prim Ministru qal li dan l-infiq isir biex iwassal informazzjoni utli dwar servizzi, skemi u inizjattivi ta’
relevanza għall-pubbliku inġenerali, inkluż il-Baġit.