Irlandiż ta’ 21 sena rnexxielu jaċċessa l-bejt tal-Palazz tal-President fil-Belt Valletta minn scaffolding biżwit il-Palazz.
Kienu l-24 ta’ April, fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu meta Irlandiż ġie arrestat wara li ntlemaħ fuq il-bejt tal-Palazz tal-President. Skont informazzjoni mogħtija lit-Times of Malta mill-Pulizija, jidher li ż-żagħżugħ kien tela’ ma scaffolding fi triq viċin il-Palazz, fejn irnexxielu jaqbeż għall-bejt tal-Palazz tal-President.
Huwa ntlemaħ mis-security tal-Palazz stess li infurmaw lill-Pulizija b’dak li kien qed jiġri.
Iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti fil-25 ta’ April. Huwa kien akkużat li daħal f’zona restritta, li kien taħt l-effetti tal-alkoħol, u li ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu.
L-Irlandiż ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih, fejn ġie rilaxxat b’numru ta’ kundizzjonijiet għal sena.
Il-Qorti ordnat li ma joħroġx ismu fil-pubbliku. Bit-Times tistqarr li r-raġel jinsab barra minn pajjiżna.
//= $special ?>