Raġel ta’ 53 sena weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-10 am fi Triq L. Zamenhof, kantuniera ma’ Triq Xmiexi, l-Imsida.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li r-raġel, li jgħix l-Imsida, intlaqat minn vann tal-għamla Ford Transit misjuq minn żagħżugħ ta’ 24 sena, ukoll residenti fl-Imsida.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna fuq il-post, u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
//= $special ?>