Lokali

Sewwieq tal-mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Raġel ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.

Dan l-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Għar Dalam, f’Birżebbuġa.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Peugeot Partner misjuq minn Albaniż ta’ 23 sena residenti Birżebbuġa, u mutur tat-tip Honda NSS misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Birżebbuġa.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku li ħa s-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.