Lokali Parlament

Tħassru aktar minn elf operazzjoni fl-oftalmoloġija

Matul l-2024, fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ma sarux 1,048 operazzjoni fl-oftalmoloġija.

Ir-raġunijiet li ma sarux dawn l-operazzjonijiet kienu minħabba posponiment min-naħa tal-pazjent stess jew ma ġiex dakinhar tal-operazzjoni (697 jew 66% ); minħabba l-kundizzjoni medika tal-pazjent (160); posponiment minħabba l-kirurgu jkun marid jew imsiefer (47); posponiment minħabba problemi loġistiċi (131); pazjenti li ma setgħux jiġu kkuntattjati (3); u għal raġunijiet oħra diversi (10).

Jirriżulta wkoll li li matul l-2024, saru 9,631 operazzjoni jew proċedura fl-ispeċjalità tal-oftalmoloġija.  834 minn dawn saru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan jinkludi proċeduri li jkunu ppjanati minn qabel. Saru 9,568 kif ukoll 63 li kienu ta’ natura urġenti.

Dan it-tagħrif dwar operazzjonijiet fl-oftalmoloġija ngħata fil-Parlamnt mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.