L-edizzjoni tal-2025 tal-QuickLets Żabbar Autofest mistennija tkun waħda mill-aktar speċjali s’issa – b’mistieden internazzjonali.
Louis Delétraz, sewwieq Żvizzeru magħruf fid-dinja tal-endurance racing, se jkun preżenti għall-edizzjoni ta’ din is-sena biex jiltaqa’ mal-pubbliku, jaqsam l-esperjenzi tiegħu, u jieħu ritratti ma’ dawk li jattendu. Għad-dilettanti tal-karozzi u d-dinja tat-tiġrijiet, dan se jkun mument uniku li żgur m’għandux jintilef.
Din is-sena, Żabbar Autofest se tkun qed tiġbor fondi għal Chris Bonello, wieħed mill-fundaturi tal-attività, li bħalissa jinsab fi proċess ta’ fejqan wara inċident serju bil-karozza.
Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz ta’ BOV Mobile Pay fuq in-numru 79895728, u għandu jinkiteb ‘Żabbar Autofest 2025’ fit-transazzjoni. Il-familja ta’ Chris qed tilqa’ kull għajnuna b’ringrazzjament.
//= $special ?>