Lokali Parlament

14-il persuna qed tiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs

Jirriżulta li hemm 14-il persuna li qed tiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs. Persuna minn dawn ilha fil-Faċilità ta’ Kordin għal perjodu ta’ 37 sena.

Jirriżulta wkoll li hemm żewġ persuni li ilhom fil-Faċilità ta’ Kordin 23 sena u għandhom sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Minn informazzjoni li ta fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri, jirriżulta wkoll li hemm persuna oħra li iha 32 sena, persuna oħra ilha 24 sena u żewġ residenti li ilhom 23 sena. Huma kollha qed jiskontaw sentenza ta’ għomor il-ħabs.

L-anqas persuna, li qed tiskonta  sentenza ta’ għomor il-ħabs u li ilha l-anqas, ilha fil-Faċilità tliet snin.

Il-mistoqsija saret mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Jirrriżulta wkoll f’mistoqsija parlamentari oħra mill-istess Deputat Nazzjonalista li sal-15 ta’ April 2025, fil-Faċilità Korrettiva kien hemm 291 persuna taħt arrest preventiv fejn 267 huma rġiel filwaqt li 24 huma nisa.