Skont il-Pakistan 31 persuna mietu u 57 oħra sfaw midruba, wara l-attakk li seħħ fuq il-Pakistan u l-Kashmir li hu amministrat mill-Pakistan. Bil-Prim Ministru tal-Pakistan Shehbaz jgħid li pajjiżu irrisponda għal dawn l-attakki billi elimina jets Indjani – xi ħaġa li Dehli għadha ma kkonfermatx. Filwaqt li żied jgħid ukoll li l-Pakistan se jkun qed jivvendiga ruħu, għal kull qatra demm li nxterdet.
L-India qalet li dawn l-attakki li saru matul illejl tal-Ebrgħa, kienu ritaljazzjoni għall-attakk fatali li seħħ fuq turisti Indjani f’Pahalgam ix-xahar li għadda. Attakk fejn il-militanti qatlu 25 turist Hindu u l-gwida tagħhom. Dehli qalet li disa’ siti differenti kienu fil-mira ta’ dawn l-attakki, però, skont il-Pakistan, sitt postijiet kienu milquta.
Intant, il-Gvern Indjan talab biex il-partijiet politiċi kollha jiltqagħu għal laqgħa biex flimkien jiddiskutu l-aħħar attakk. Dan filwaqt li l-Ministru tal-Iran għall-Affarijiet Barranin wasal f’Dehli għal diskusjonijiet bilaterali.
//= $special ?>