Lokali Parlament

Aktar minn mitt liċenzja tal-parole

F’erba snin kienu 103 li ngħataw il-liċenja tal-parole – 18-il persuna femminili u 85 raġel.

Din l-informazzjoni dwar il-Faċilità ta’ Kordin ta fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Jirriżulta li fl-2020 ingħataw 15-il liċenzja tal-Parole (3 femminili u 12 maskili); fl-2021 ingħataw 23 liċenzja tal-Parole (5 femminili u 18 maskili); fl-2022 ingħataw 21 liċenzja tal-Parole (4 femminili u 17 maskili); fl-2023 ingħataw 17-il liċenzja tal-Parole (4 femminili u 13 maskili); u fl-2024 ingħataw 27 liċenzja tal-Parole (2 femminili u 25 maskili).